Il-vittmi tal-attakk li seħħ jiem ilu fuq Christmas Market fil-Ġermanja issa telgħu għal sitta. Dan wara li mara fost il-midruba mietet mill-ġrieħi li ġarrbet, ġimagħtejn wara li raġel ta’ nisel Sawdi – psikjatra kwalifikat – saq il-karozza tiegħu b’veloċità għal fuq il-folol li kienu qed jiddevertu waqt l-attivitajiet tal-Milied fil-belt ta’ Magdeburg.
Il-mara ta’ 52 sena mietet l-isptar u meta l-aħħar statistika provduti mill-awtoritjiet Ġermaniżi kkonfermat li madwar 300 sfaw midruba fl-azzjoni tal-20 ta’ Diċembru – azzjoni li wkoll swiet il-ħajja ta’ erba’ nisa oħra kif ukoll ta’ tfajjel ta’ disa’ snin.
L-aggressur, identifikat bħala Taleb al-Abdulmohsen ta’ 50 sena, kien arrestat fuq il-post tar-reat u meta l-iskopijiet għall-attakk għadhom s’issa mhumiex magħrufa.
//= $special ?>