Lokali

Inkjesta 17 Black: Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea jisħaq biex “ma nibqgħux ngħixu fil-passat”

“Ma nibqgħux ngħixu fil-passat”

Hekk iddikjara s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Aguis Galea wara li ġiet konkluża l-Inkjesta dwar l-iskandlu 17 Black bħala parti mill-investigazzjoni tal-Panama Papers; skandlu li fil-qalba tiegħu kien hemm esponenti ewlenin tal-Gvern Laburista.

Mistoqsi minn Net News jekk il-Partit Labursita għandux jiskuża ruħu mal-poplu Malti u Għawdxi dwar il-fatt li għamel snin jiddefendi lill-Eks Deputat Mexxej tal-Labour Kondrad Mizzi u lill-Eks Chief of Staff Keith Schembri… Agius Galea wieġeb biss billi qal li dawn kienu tkeċċew.

Għalkemm il-fatt jibqa’ li lura fl-2016 il-membri parlamentari Laburisti kienu vvutaw favur Konrad Mizzi fil-Parlament Malti – tant li Konrad Mizzi kien minn tal-ewwel li għannaq u awgura lil Robert Abela eżatt kif ġie elett mexxej tal-Labour fl-2020.

Min naħa tiegħu, Agius Galea saħaq li issa ma jridx li jmur lura fil-passat – dan apparti li nfexx jattakka l-Partit Nazzjonalista. U jirreferi għal “nies oħra” involuti f’dan l-iskandlu.

Issa, apparti Keith Schembri u Konrad Mizzi… qed jingħad li anke l-propjetarji ta’ Nexia BT mistennija jiffaċċjaw akkużi kriminali. Fil-fatt, jidher li Brian Tonna, Karl Cini u SOCAR Trading huma fost lista ta’ individwi u kumpaniji li għandhom jiġu akkużati.

Min naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jisħaq li l-Inkjesta 17 Black ma tispiċċax f’idejn Robert Abela biex biha jagħmel manuvri politiċi għall-interessi personali tiegħu – kif għamel b’mod abbużiv u illegali bir-rapport tal-Inkjesta dwar Vitals u Steward.