Lokali

“L-Avukat Ġenerali għandha tippubblika l-Inkjesta kollha” – Bernard Grech

L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg mhux talli ma ppubblikatx l-Inkjesta Maġisterjali kif qed jitlobha l-Partit Nazzjonalista, imma talli issa anke qed tirrifjuta li tgħaddi kopja lil min fetaħ l-Inkjesta.

Dan qalu l-Kap tal-PN Bernard Grech b’reazzjoni għal dak li ġie żvelat aktar kmieni llum, fejn ingħad li l-AĠ ma tridx tgħaddi kopja tal-Inkjesta 17 Black lil Simon Busuttil u David Casa.

Li kieku ma kienx għall-Eks Kap tal-PN Simon Busuttil u l-MEP Nazzjonalista David Casa, din l-Inkjesta ma kinitx issir, għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali m’għamlu xejn.

Il-PN qed jibqa’ jinsisti li l-Avukat Ġenerali tippubblika l-Inkjesta kollha mingħajr aktar dewmien, għax għandha obbligu li tippubblikaha immedjatament.