Lokali

Miċħuda t-talba mill-Avukat Ġenerali sabiex jingħataw kopja tal-Inkjesta 17 Black

F’post fuq il-midja soċjali l-MEP Nazzjonalista David Casa kiteb kif l-Avukat Ġenerali irrifjutat it-talba tiegħu u ta’ Simon Busuttil biex jingħataw kopja tal-inkjesta 17 Black, dan “bl-iskuża tal-prosekuzzjoni eventwali ta’ dawk indizzjati mill-Maġistrat Inkwirenti”.

David Casa kkundanna din id-deċiżjoni, filwaqt li sostna Il-poplu għandu dritt ikun jaf id-dettalji kollha ta’ dan is-serq.

Hu saħaq ukoll li l-istituzzjonijiet għandom jipproċedu bi trasparenza assoluta biex jerġgħu jibdew jiksbu l-fiduċja li ilhom tant snin li tilfu.

David Cassa fakkar li ħarġet xhieda fil-Qrati li l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia ġie ordnat eżatt wara li hija kixfet l-eżistenza ta’ 17 Black lura fi Frar tal-2017.

Dan filwaqt li ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista u l-kumplament tal-poplu billi appella sabiex l-inkjesta 17 Black tiġi ppublikata immedjatament