F’partita mill-isbaħ li ntlagħbet fl-Al-Awwal Park, fl-Arabja Sawdija, Milan rebħu t-tmien Super Cup fl-istorja tagħhom meta fil-finali għelbu lir-rivali Inter 3-2.
Kienu Inter li fetħu vantaġġ doppju meta qabel il-mistrieħ, kien Lautaro Martinez li għamilhom 1-0. Fit-48 minuta, Inter irdoppjaw permezz ta’ Mehdi Taremi.
Ir-rimonta ta’ Milan bdiet fit-52 minuta meta daħlu fil-partita b’gowl ta’ Theo Hernandez. B’dan il-gowl żdiedet il-kunfidenza fit-tim ta’ Milan u ġabu l-iskor indaqs fit-80 minuta permezz ta’ Christian Pulisic. Bil-partita dehret destinata li se tintemm fi draw ta’ 2-2 u tmur għall-penalties, fl-94 minuta kien Tammy Abraham li kkonkluda fuq cross fil-baxx ta’ Rafael Leao.
Biex waslu fil-finali, nhar l-Erbgħa, Inter eliminaw lil Atalanta filwaqt li l-Ħamis Milan eliminaw lil Juventus.
//= $special ?>