Lokali Qorti

Raġel akkużat li aggredixxa lil martu u lil binha jingħata l-libertà proviżorja

Raġel ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li aggredixxa lil martu kif ukoll lil binha wara argument fuq telefonata mal-qraba tiegħu. Il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel, xufier tat-taxi Sirjan ta’ 34 sena, ta daqqa ta’ ħarta lil martu u qalilha li din it-telefonata ma kinitx affari tagħha.

Binha, li kien rieqed u qam riżultat tal-istorbju, ġie aggredit ukoll, bir-raġel jiġbidlu widnejh, qalet il-prosekuzzjoni.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi u talab il-ħelsien mill-arrest. It-talba għall-ħelsien mill-arrest, minħabba r-riżultat ta’ periklu baxx minn fuq valutazzjoni tar-riskju, intlaqgħet. Inħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara u wliedha.

L-akkużat ġie ordnat iħallas depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €3,000.