Lokali

L-ewwel inċident fatali tas-sena: Żagħżugħ ta’ 25 sena jitlef ħajtu wara li ħabat f’siġra f’Ħ’Attard

Fl-ewwel inċident fatali tas-sena 2025, żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Imtarfa tilef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat f’siġra bil-konsegwenza li l-karozza waqfet mal-ħadid fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15pm meta għal xi raġuni mhux magħrufa, raġel ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, bil-konsegwenza li din il-karozza qabżet il-barrikati tal-ħadid u weħlet mal-ħadid.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizjia b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni:

Il-Pulizija, is-CPD u tim mediku mill-Isptar Mater Dei għaddejjin b’operazzjoni delikata sabiex isalvaw persuna li tinsab maqbuda f’karozza, wara ħabta ma’ siġra f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15pm, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, persuna tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq, ħabtet f’siġra u weħlet mal-ħadid fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, direzzjoni lejn Birkirkara.