L-awtoritajiet Iżraeljani qed jikkundannaw attakk imfisser bħala wieħed terroristiku u li seħħ ftit ilu fix-Xatt tal-Punent. Fl-attakk, żewġ aggressuri Palestinjani fl-inħawi okkupati mill-Iżraeljani fetħu n-nar fuq xarabank u diversi vetturi, bir-riżultat li tlieta sfaw maqtula u b’tal-anqas għaxra jindarbu – uħud serjament.
L-isparatura seħħet viċin il-villaġġ ta’ al-Funduq, bl-aggressuri jaħarbu mill-post dritt wara. Il-paramediċi li waslu fl-inħawi, imbagħad, irkupraw il-katavri ta’ żewġ nisa anzjani u raġel – bix-xufier tax-xarabank ukoll jispiċċa mal-midruba fost rapporti li hu qed jiġġieled għal ħajtu.
L-investigazzjonijiet relatati mal-attakk għadhom għaddejjin u meta l-qawwiet tas-sigurtà Iżraeljani qegħdin ifittxu għall-aggressuri responsabbli. Dan fost l-organizzazzjoni tar-roadblocks u ż-żieda tas-sigurtà fil-madwar ta’ diversi bliet fix-Xatt tal-Punent.
//= $special ?>