Internazzjonali

Ajruporti fl-Ingilterra jissospendu titjiriet minħabba twissija ta’ għargħar

Bħalissa fl-Ingilterra għadhom fis-seħħ diversi twissijiet minħabba l-maltemp u l-għargħar li laqat il-pajjiż, b’waħda mit-twissijiet issejjaħ għal evakwazzjoni tal-massa fiz-zona ta’ Leicestershire.

Ħarġu wkoll twissijiet minħabba li mistennija tinżel aktar silġ u borra.

Din is-sitwazzjoni waslet għal dewmien ta’ diversi titjiriet u għeluq ta’ toroq; tant li bosta individwi jinsabu frustrati minħabba li tħarbtu kompletament il-pjanijiet li kellhom għall-bidu tal-ġimgħa.

Il-midja Ingliża tkellmet ma’ xi residenti, bil-kummenti tagħhom ikunu li qatt ma esperjenzaw għargħar ta’ dan it-tip – għargħar li qed ipoġġi l-ħajja ta’ ħafna f’periklu.