Tard it-Tlieta filgħaxija ħarġet l-aħbar li Didier Deschamps se jkun qed iħalli lit-tim nazzjonali Franċiż wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026.
Deschamps, li huwa l-aktar kowċ Franċiż li dam fil-kariga ta’ kowċ nazzjonali, mhux se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu wara l-2026. Fl-2018 Deschamps wassal lil Franza għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja sentejn wara li wassal ukoll lil pajjiżu għall-finali tal-Kampjonati Ewropej.
Hu wkoll wieħed minn tliet persuni li rnexxielhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja kemm bħala plejer u anke bħala kowċ. Deschamps wassal ukoll lil Franza sal-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-2022 fejn fil-finali tilfu kontra l-Arġentina bil-penalties.
//= $special ?>