Fl-Awstralja qam dibattitu sħiħ wara li diversi ritratti ttellgħu fuq siti tal-midja soċjali juru gazebos vojta li tpoġġew f’nofs Bondi Beach – sempliċiment biex jimblukkaw dak l-ispazju partikolari tal-bajja.
Jirriżulta li sa minn kmieni filgħodu diversi persuni marru jarmaw dawn il-gazebos sabiex iżommu post fuq il-bajja għal xħin jibdew jinġemgħu n-nies. Iżda dawn l-azzjonijiet jirriżulta li mhux jinżlu tajjeb ma’ dawk kollha li jiffrekwentaw din il-bajja tant popolari.
Fil-fatt, bosta huma dawk l-individwi li kienu qed jagħmlu użu minn din l-istess bajja li spiċċaw urtati mmens b’din is-sitwazzjoni.
Għalkemm kien hemm uħud li argumentaw li l-użu tal-gazibos huwa favur is-saħħa minħabba r-raġġi qawwija tax-xemx, oħrajn argumentaw li huwa ta’ diżrispett lejn persuni oħra li jkunu jkunu jridu jgawdu l-bajja.
Il-Prim Ministru tal-Awstralja kkummenta fuq din is-sitwazzjoni u saħaq li l-bajja hija ta’ kulħadd u din id-drawwa li wieħed iżomm il-post tiegħu għandha tinqata’.
Din l-istorja fakkret ukoll fis-sitwazzjoni fuq Kemmuna, fejn anke hawn – kull sajf – sa minn kmieni filgħodu ssib il-bajja okkupata bis-sunbeds sa tarf il-baħar. Għalkemm fil-każ ta’ Bondi Beach, l-ispazju mhux daqstant problema daqskemm hu fuq Kemmuna.
//= $special ?>