Lokali

“Għandha tinġarr ukoll responsabbiltà politika” – Simon Busuttil

Wara l-konklużjoni tal-Inkjetsa 17 Black, għandha tinġarr responabbiltà politika.

Hekk sostna l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt il-programm Net Live, it-Tnejn filgħaxija, fejn tkellem dwar dan il-proċess li ilu għaddej snin sħaħ sabiex toħroġ il-verità kollha dwar dawn il-kumpaniji sigrieti.

F’kollegament dirett minn Brussell, Simon Busuttil spjega kif l-Avukat Ġenerali hija pupazz f’id il-Gvern. U għalhekk mhux sorpriż li t-talba biex ikollhom kopja tal-inkjesta 17 Black ġiet miċħuda.

L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li ma kellniex għalfejn nistennew disa’ snin biex inkunu nafu li meta persuna tiftaħ kumpanija l-Panama dan isir għal skopijiet ħżiena – skandlu li fiċ-ċentru tiegħu kien hemm l-esponenti tal-Partit Laburista.

Simon Busuttil għamel referenza wkoll għal kif il-Gvern Laburista qed jipprova jiddistakka ruħu minn din l-inkjesta. U  saħaq li dan mhux possibbli hekk kif f’din l-inkjesta hemm involuti nies li kienu ferm viċin ta’ Joseph Muscat – li għadu sal-lum stess parti integrali mill-Partit Laburista.  Filwaqt li temm billi stqarr li llum nafu li dawk in-nies li kienu joħorġu jipprotestaw għas-sewwa… kellhom raġun.