Tal-inqas 95 persuna tilfu ħajjithom u 130 oħra ndarbu wara li terremot laqat ir-reġjun tal-Muntanji Tibet, fiċ-Ċina, kmieni dalgħodu.
It-terremot kellu qawwa ta’ 7.1 fuq l-iskala richter u kellu fond ta’ 10 km skont data maħruġha mill- Geological Survey, li wera wkoll numru ta’ terremoti oħra żgħar imsejħa bħala aftershocks.
Terremoti bħal dawn huma komuni f’dan ir-reġjun u l-impatt ta’ dan it-terremot inħass ukoll fin-Nepal u f’partijiet mill-Indja.
It-terremot laqat il-belt ta’ Shigatse, li hija meqjusa bħalha belt reliġjuża għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu ħin lokali.
//= $special ?>