Bosta huma dawk fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar li qed jistennew l-awtoritajiet jieħdu azzjoni sabiex iċ-ċittadini, bejjiegħa u dawk kollha li s-Sibt filgħodu jiltaqgħu fuq il-Monti, fil-Misraħ ta’ Ħaż-Żabbar, ikunu salvagwardjati.
Dan hekk kif ġimgħa wara l-inċident li seta’ faċilment kellu konsegwenzi aktar traġiċi, fejn sitt persuni spiċċaw intlaqtu minn vettura wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tagħha – diversi qed jappellaw sabiex parti minn Pjazza San Ġakbu tingħalaq għat-traffiku waqt li jkun hemm il-Monti armat.
Net News żar il-post fejn seħħ dan l-inċident fejn bosta qalulna li t-triq għandha bżonn tingħalaq b’mod aktar adegwat.
Madanakollu oħrajn spjegaw li ma jaqblux li t-triq tingħalaq kemm minħabba l-konġestjoni ta’ traffiku li kapaċi jinħoloq kif ukoll minħabba l-fatt skont huma, dan kien inċident ta’ darba… minħabba problema li x-xufier jaf ma kellux kontroll fuqha.
Għaldaqstant, il-pressjoni issa tinsab fuq l-awtoritajiet b’mod partikolari Transport Malta, b’din tal-aħħar tispiċċa f’battibekk fuq Facebook mas-Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech
//= $special ?>