Lokali

“Governanza ħażina fit-Taqsima Marittima ta’ Transport Malta tħalli lill-uffiċjali mingħajr riżorsi biex jiggarantixxu s-sigurtà fuq il-baħar” – PN

"Anke s-settur marittimu mifni minn abbuż ta’ fondi pubbliċi u inkompetenza fit-tmexxija"

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna bil-qawwa kollha l-governanza ħażina tal-Gvern fit-Taqsima Marittima ta’ Transport Malta (TM), li ħalliet lill-uffiċjali mingħajr ir-riżorsi neċessarji biex jiggarantixxu s-sigurtà fuq il-baħar.

Informazzjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista turi kif anke fis-settur marittimu – li huwa settur mill-aktar sensittiv – jispikkaw l-abbuż mill-fondi pubbliċi, l-inkompetenza fit-tmexxija u l-ineffiċjenza.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja, Ivan Castillo; fejn kompla jgħid li s-saga bdiet bil-falliment tat-tender ta’ Transport Malta għal ħames RHIBs (Rigid-Hulled Inflatable Boats) ġodda, li ġew iddikjarati mhux tajbin għat-tbaħħir minn surveyor indipendenti.

Il-Partit Nazzjonalista immedjatament talab investigazzjoni sħiħa dwar dan il-każ, inkluż investigazzjoni tal-Pulizija, dwar il-proċess tat-tender. L-Awditur Nazzjonali wkoll sab irregolaritajiet, u nnota li t-tender ġie ġġudikat fi żmien 24 siegħa biss – li jqajjem mistoqsijiet serji dwar it-trasparenza u l-governanza.

Taħt pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista u l-midja indipendenti, it-tender eventwalment ġie kkanċellat. Madanakollu, f’Ġunju tas-sena l-oħra Transport Malta ħarġet espressjoni ta’ interess oħra biex tikri tliet RHIBs għal perjodu qasir ta’ xahrejn – mit-18 ta’ Settembru sas-17 ta’ Novembru, bi spiża ta’ €94,000. Deċizjoni li mhux biss ma tagħmilx sens, imma tirrifletti wkoll sparpaljar ta’ fondi pubbliċi, peress li l-perjodu ma jkoprix l-aqwa tal-istaġun tas-sajf – meta l-attività marittima tkun fl-ogħla livell – u jħalli l-aktar xhur importanti mingħajr infurzar. Agħar minn hekk, jidher li ż-żewġ RHIBs eżistenti ta’ Transport Malta ma ġewx użati matul dan il-perjodu.

Il-Partit Nazzjonalista jinsab infurmat li RHIB ġdid tal-istess tip jiswa bejn €70,000 u €80,000. Imma l-Gvern Laburista, għax inkompetenti u jiġi jaqa’ u jqum minn flus il-poplu, nefaq kważi €100,000 biex jikri dgħajjes li setgħu nxtraw bi prezz inqas. Apparti minn dan, żewġ evalwaturi involuti fit-tender imħassar għar-RHIBs il-ġodda huma wkoll evalwaturi f’dan l-aħħar tender u għadhom fil-karigi tagħhom minkejja l-investigazzjonijiet pendenti fl-ewwel każ. Dan iqajjem aktar dubji dwar l-integrità tal-proċess kollu.

Dan l-aħħar skandlu jsegwi serje ta’ fallimenti fis-settur marittimu, li jinkludu wkoll l-iskandlu tal-kontravenzjonijiet ta’ Transport Malta, fejn aktar minn nofs il-multi maħruġa mill-uffiċjali ta’ infurzar marittimu spiċċaw neqsin, u anke allegazzjonijiet li l-uffiċjali tal-infurzar ġew imġiegħla jigdbu taħt ġurament.

Is-saga bdiet bil-falliment tat-tender ta’ Transport Malta għal ħames RHIBs (Rigid-Hulled Inflatable Boats) ġodda, li ġew iddikjarati mhux tajbin għat-tbaħħir minn surveyor indipendenti. Il-Partit Nazzjonalista immedjatament talab investigazzjoni sħiħa dwar dan il-każ, inkluż investigazzjoni tal-Pulizija, dwar il-proċess tat-tender. L-Awditur Nazzjonali ukoll sab irregolaritajiet, u nnota li t-tender ġie ġġudikat fi żmien 24 siegħa biss – li jqajjem mistoqsijiet serji dwar it-trasparenza u l-governanza.

Taħt pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista u l-midja indipendenti, it-tender eventwalment ġie kkanċellat. Madanakollu, f’Ġunju tas-sena l-oħra Transport Malta ħarġet espressjoni ta’ interess oħra biex tikri tliet RHIBs għal perjodu qasir ta’ xahrejn – mit-18 ta’ Settembru sas-17 ta’ Novembru, bi spiża ta’ €94,000. Deċizjoni li mhux biss ma tagħmilx sens, imma tirrifletti wkoll sparpaljar ta’ fondi pubbliċi, peress li l-perjodu ma jkoprix l-aqwa tal-istaġun tas-sajf – meta l-attività marittima tkun fl-ogħla livell – u jħalli l-aktar xhur importanti mingħajr infurzar. Agħar minn hekk, jidher li ż-żewġ RHIBs eżistenti ta’ Transport Malta ma ġewx użati matul dan il-perjodu.

Il-Partit Nazzjonalista jinsab infurmat li RHIB ġdid tal-istess tip jiswa bejn €70,000 u €80,000. Imma l-Gvern Laburista, għax inkompetenti u jiġi jaqa’ u jqum minn flus il-poplu, nefaq kważi €100,000 biex jikri dgħajjes li setgħu nxtraw bi prezz inqas. Apparti minn dan, żewġ evalwaturi involuti fit-tender imħassar għar-RHIBs il-ġodda huma wkoll evalwaturi f’dan l-aħħar tender u għadhom fil-karigi tagħhom minkejja l-investigazzjonijiet pendenti fl-ewwel każ. Dan iqajjem aktar dubji dwar l-integrità tal-proċess kollu.

Dan l-aħħar skandlu jsegwi serje ta’ fallimenti fis-settur marittimu, li jinkludu wkoll l-iskandlu tal-kontravenzjonijiet ta’ Transport Malta, fejn aktar minn nofs il-multi maħruġa mill-uffiċjali ta’ infurzar marittimu spiċċaw neqsin, u anke allegazzjonijiet li l-uffiċjali tal-infurzar ġew imġiegħla jigdbu taħt ġurament.

Il-Gvern Laburista tilef kompletament il-kontroll, qiegħed jikkomprometti s-sigurtà fuq il-baħar u tilef il-fiduċja tan-nies fil-kapaċità tiegħu li jmexxi settur importanti bħal dan. It-Taqsima tal-Infurzar Marittimu ta’ Transport Malta hija essenzjali għall-industrija marittima ta’ pajjizna, iżda qed tiġi injorata u imminata minn gvern mgħarraq fl-iskandli u l-ineffiċjenza.

Il-Partit Nazzjonalista jqis is-settur marittimu bħala kruċjali u s-sigurtà fuq il-baħar bħala prijorità ewlenija. Aħna impenjati li niżguraw li l-uffiċjali marittimi jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod effettiv. Gvern ġdid Nazzjonalista jimplimenta riformi biex jerġa’ jġib it-trasparenza u jiżgura l-użu korrett tal-fondi pubbliċi ħalli s-settur marittimu ta’ pajjizna jerġa’ jsir settur ta’ eċċellenza.