Lokali

Ħbieb ta’ Alejandro Brincat ixxukjati bit-traġedja li seħħet f’Ħ’Attard

Alejandro Brincat huwa ż-żagħżugħ ta’ 25 sena residenti fl-Imtarfa li tilef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat f’siġra bil-konsegwenza li l-karozza waqfet mal-ħadid fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.

Bosta qraba u ħbieb jinsabu f’xokk kbir għat-telfa ta’ dan iż-żagħżugħ li kien għadu fl-aqwa tiegħu.

Alejandro kien missier ta’ żewġt itfal u kien ukoll plejer tal-futbol. Huwa kien beda dan l-istaġun bħala plejer ta’ Msida St. Joseph Club u wara ġie trasferit ma’ Vittoriosa Stars.

Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu fuq facebook fejn ideskrivewh bħala ġuvni b’qalb tad-deheb.

B’oħrajn jgħidu li jinsabu bla kliem, iżda fuq kollox kulħadd qiegħed jitolbu biex iżomm ħarstu fuq iż-żewġt it-tfal tiegħu.

Alejandro Brincat kien magħruf ukoll bħalha il-‘babx’.