“Dan il-pajjiż futur wieħed għandu. Li l-Gvern Laburista ma jibqax fit-tmexxija iżda jkun il-Partit Nazzjonalista li jeħodna ‘l quddiem.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li kellu mal-ġurnalist Dione Borg fuq l-istazzjon NET FM, fejn fakkar kif pajjiżna telaq bi Gvern li kellu wiegħda li se jindirizza l-problema tal-elettriku … bla ma qalilna li kellu roadmap li kienet iddisinjata fil-korruzzjoni.
“Mill-bidu nett kien evidenti li dan kien monument ta’ korruzzjoni.” Il-Kap tal-PN irrefera għall-korruzzjoni lampanti li hawn f’pajjiżna u qal li l-power station tal-Electrogas hija monument tal-korruzzjoni tal-Gvern Laburista.
Fl-aħħar jiem, sar magħruf li l-Avukat Ġenerali qed tirrifjuta li ssir pubblika din l-Inkjesta; xi ħaġa li hi dritt tal-poplu Malti u Għawdxi… biex inkunu nafu l-verità kollha.
“Għandna Avukat Ġenerali li għadha pupazz tal-Prim Ministru.”
Apparti dan, anke dawk f’karigi għolja qed jibqgħu jipproteġu lil min hu involut fil-korruzzjoni.
“Il-Kummissarji tal-Pulizija m’għamlu xejn ħlief ħbew il-verità. Wettqu jew iddefendew il-korruzzjoni.”
Bernard Grech stqarr li pajjiżna jeħtieġ tindifa mill-qiegħ nett, bil-Partit Nazzjonalista hu l-partit ħieles u liberu li jista’ jġib il-bidla – ‘il bogħod mill-korruzzjoni.
“Huwa każ li biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem jeħtieġ li nbiddlu l-Gvern. Il-mument li wieħed jifhem dan, dak huwa il-mument li dan il-poplu jkompli bil-bidla li bdejna fiha għal futur illi jixraqlu.”
//= $special ?>