Lokali

“Ma niflaħiex din it-telfa” – omm Alejandro Brincat

F’messaġġ mill-aktar emozzjonanti fuq il-midja soċjali, omm Alejandro Brincat fissret kif binha kien mimli ħajja u kien żagħżugħ jaf iħobb.

“Kif se nġibek lura? Kif qatt nista’ nistabar?”, kitbet Sandra Brincat fuq Facebook.

Omm Alejandro imbagħad kitbet hekk: “Għaliex ma ħax lili l-Mulej?”

Fil-messaġġ tagħha hi fissret li ma tiflaħx din it-telfa. Dan filwaqt li ddeskriviet lil Alejandro bħala “ġuvni mimli ħajja u li jaf iħobb. Kellu passjoni kbira għall-futbol. Kont bieżel u lit-tfal kont iżommhom fuq wiċċ l-idejn. Kemm kont tħobbhom. Dawk iż-żewġ anġli li kienu l-mimmi t’għajnejk.”

“Inħobbok ħafna”, kien l-aħħar kliem li kitbet Sandra Brincat.