Żewġ nisa ta’ 34 u 24 sena minn Nepal, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm fi Triq Hompesch, meta għal xi raġuni ż-żewġ nisa, intlaqtu minn Toyota Hilux li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 20 sena residenti Birżebbuġa.
Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittmi, li ttieħdu l-isptar Mater Dei, fejn aktar tard il-mara ta’ 24 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u l-oħra ġiet iċċertifikati li weġġgħet gravi.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>