Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Adrian Casha, profil li kien jaqdi r-rwol ta’ referee, imma llum sfida personali għamilha opportunità biex jgħin u jqajjem għarfien għall-Parkinsons’s.
Matul il-programm se nkunu qed nitkellmu dwar l-esperjenza tiegħu fil-futbol, tfulitu fil-Ħamrun u anki meta kien jaħdem mal-linja nazzjonali tal-arju u ltaqa’ mal-Papa, San Ġwanni Pawlu II.
“Kont inżomm f’moħħi li kull logħba, anki tas-Second, għal dawk it-timijiet, din il-logħba li se nkun referee għaliha, għalihom din il-logħba kienet se tkun id-dinja”.
F’ħidmietu dejjem enfasizza l-importanza tal-isport bħala għodda qawwija biex tgħaqqad lin-nies anke fi żminijiet ta’ solidarjetà.
Fis-6 ta’ Ottubru 2022, huwa ħa l-midalja tad-deheb fil-Parkinson’s World Championship għat-table tennis.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>