Colin Schembri
Hibernians 93
Valletta Lioneses 60
(16-14)(29-13)(24-15)(24-18)
Hibernians kisbu t-tieni rebħa taħt il-coach Charles Bonnici f’partita li fiha kellhom ukoll id-debutt tal-Amerikana Ashiala Jackson. Huma għelbu lil Valletta Lioneses 93-60 biex saħħew ir-raba’ post li jfisser kwalifikazzjoni għal play-offs.
Il-partita kellha bidu bilanċjat hekk kif Valletta kellhom it-trippli tal-Ukrena Olesia Malashenko li żammewhom viċin tal-avversarji fl-ewwel minuti tal-partita. Hibs ukoll kellhom żewġ trippli minn Steffi De Martino hekk kif wasal ukoll l-ewwel basket ta’ Jackson fl-aħħar minuta għal skor ta’ 16-14.
Fit-tieni sessjoni Valletta wettqu senisela ta’ turnovers li raw lil Hibs jibdew jinqatgħu fuq quddiem speċjalment bi break ta’ 11-2 bil-punti ta’ Jackson flimkien ma’ De Martino, Maria Bonett u Julija Dabic. Wara basket minn Alexia Parnis għal Valletta, Hibs kellhom run oħra ta’ 10-0 b’żewġ reippli minn Kaya Calleja u żewġ baskets min Steffi De Martino biex daħlu jistrieħu 45-27 minn fuq.
Fit-tielet taqsima Hibs kabbru l-vantaġġ 53-32 hekk kif il-punti ta’ Jackson bdew ġejjin b’mod aktar frekwenti. Valletta naqqsu d-distakk meta għamlu run ta’ 10-2 b’baskets minn Malashenko u Maria Momcilovic. Hibs irkupraw u għalqu s-sessjoni b’14-il punt mingħajr risposta, fosthom żewġ trippli minn Jackson u Andie Saliba għal skor ta’ 69-42.
Malashenko bdiet l-aħħar taqsima b’erba’ free-throws qabel ma Hibs għamlu 10 punti oħra b’żewġ trippli oħra minn De Martino. Valletta waqqfuhom b’punti minn Taisiia Nikishina, però Hibs baqgħu fil-kontroll b’De Martino tagħmel trippla oħra flimkien mal-punti minn Jackson u Sharon Vella fost l-oħrajn biex ħarġu rebbieħa 93-60.
Hibernians: M. Buhagiar, E. Farrugia, S. Vella 4, E. Cassar, A. Saliba 8, M. Bonett 10, S. De Martino 27, K. Calleja 6, N. Farrugia, A. Jackson 26, K. Caruana, J. Dabic 12.
Valletta Lioneses: A. Parnis 6, S. Abugrin, M. Stefanovic 8,N. Caruana, M. Momcilovic 3, M. Mifsud 2, A. Nikishina 9, T. Nikishina 5, O. Malashenko 9.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Wendell Lin
Starlites JSD 75
Athleta 52
(17-13)(17-6)(22-18)(19-15)
Starlites JSD irritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Athleta 75-52. Qabel il-partita nżammet minuta silenzju għat-telfa ta’ Vanni Riolo, missier id-diriġenti ta’ Starlites Ivan, Tino u Bernardo Riolo u nannu ta’ Mikela u Philippa, żewġ players tal-istess tim. Minn hawn, aħna wkoll insellmu lill-familja Riolo għat-telfa tal-għażiż tagħhom.
Starlites ma setax ikollhom bidu aħjar meta għamlu seba’ punti mingħajr risposta kważi kollha minn Makaila Napoleon flimkien ma’ Ylenia Bonett. L-ewwe punti ta’ Athleta ġew minn Francesca Sant b’P. Riolo u Christina Curmi jirrispondu għal Starlites. Athleta għamlu tmien punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Nicole Vella, però Starlites kellhom l-aħħar sitt punti għal skor ta’ 17-13.
Il-ftuħ tat-tieni perjodu kien bilanċjat bil-vantaġġ ta’ Starlites jibqa’ ta’ 5 punti sal-ħames minuta 24-19 wara trippla minn Bonett. Hawn il-players ta’ Peter Shoults għamlu run ta’ 10 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 34-19.
Fit-tielet taqsima, Starlites kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Ylenia Ferrando, Mikela Riolo u trippla ta’ Napoleon. Athleta wkoll kellhom risposta bi trippli minn Vella u Kennedi Williams biex sat-tmien minuta naqqsu d-distakk għal 18-il punt 35-49. Starlites għamlu break qasir ta’ 7-0 għal skor ta’ 56-37.
Fl-aħħar sessjoni Napoleon u Sasha Lecuyer bdew bil-punti ta’ Starlites għalkemm Athleta kellhom risposta minn Laura Camilleri. Iż-żewġ timijiet kellhom runs qosra ta’ 6-0 u 8-0 b’Williams tagħmel trippla oħra għal Athleta, però finalment kienu Starlites li ħarġu rebbieħa 75-52.
Starlites JSD: S. Lecuyer 6, M. Riolo 6, C. Cilia 4, P. Riolo 10, M. Zammit Cordina 6, E. Degiorgio 2, M. Fenech 2, M. Napoleon 22, Y. Bonett 7, F. Vella 5, Y. Ferrando 3, C. Curmi 2.
Athleta: K. Williams 22, B. Agius 2, M. Ferrante, N. Vella 10, M. Cassar Pickard, F. Sant 7, A. Micallef 4, J. Cipriott, Ke. Abela 1, C. Caruana, K. Abela, L. Camilleri 6.
Referees: Nicholas Azzopardi, Andre Attard.
//= $special ?>