It-torri tas-seklu 17 li jinsab mal-kosta f’Għajn Tuffieħa, jinsab fil-periklu li jiġġarraf minħabba moviment fil-wiċċ tal-irdum.
Dan ikkonfermatu l-għaqda Din l-Art Ħelwa filwaqt li żiedet tgħid fi stqarrija.
Ilbieraħ, il-Pulizija kienu ħarġu stqarrija jgħidu li z-zona madwar dan it-torri ngħalqet kompletament għall-pubbliku hekk kif l-istruttura u z-zona tal-madwar jinsabu f’riskju li jiġġarrfu, b’periklu għal min jersaq viċin.
B’hekk, wieħed għandu jsegwi s-sinjali li tpoġġew fil-post u jirrispetta l-barrikati tal-Pulizija.
Din iz-zona hi ferm magħrufa mhux biss mal-Maltin iżda anke mat-turisti hekk kif toffri veduta mill-aqwa b’mod speċjali fil-ħinijiet ta’ nżul ix-xemx.
Din l-Art Ħelwa qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jieħu azzjoni immedjata biex it-torri jinħatt u jinbidillu postu għal wieħed aktar sigur, iżda li fl-istess waqt l-ambjent jikkumplimentah bħalma qed jagħmel bħalissa.