Kelliem għall-Prim Ministru Giorgia Meloni, irrapporta li l-ġurnalista Taljana Cecilia Sala ġiet meħlusa mill-ħabs Iranjan u tinsab f’ajruplan lura lejn art twelida.
Fid-19 ta’ Diċembru, Sala kienet fuq xogħol fil-belt kapitali tal-Iran fejn ġiet identifikata minn Pulizija Tehran bħala ġurnalista barranija. Dan wassal sabiex hi spiċċat arrestata.
Il-kelliem ta’ Meloni, fl-istqarrija kompla billi rringrazzja lid-diplomatiċi tal-ħidma siewja tagħhom għaliex huwa mertu tagħhom li din il-ġurnalista tinsab lura fi triqitha lejn l-Italja.
Il-President personalment informa lill-ġenituri tal-ġurnalista b’din l-aħbar sabiħa permezz ta’ telefonata.
//= $special ?>