Lokali

“Il-ġurnaliżmu jrid jitwettaq b’onestà” – Bernard Grech

Waqt riċeviment li sar mill-Partit Nazzjonalista għall-edituri, il-ġurnalisti u l-imsieħba soċjali fil-bidu ta’ sena ġdida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal biex kull kamra tal-aħbarijiet ma trid tħares lejn wiċċ ħadd meta tkun qed twassal l-aħbarijiet tagħha lill-pubbliku.

Bernard Grech appella biex kull ġurnalist jirrispetta l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi filwaqt li jirraporta b’onestà. Huwa awgura għal sena oħra mimlija ħidma b’rispett lejn kull individwu. Dan sabiex ikun assigurat li jkollna pajjiż aħjar.

Fil-messaġġ li għadda fid-Dar Centrali…il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hemm bżonn kuxjenza fil-politika iżda anke fix-xogħol ġurnalistiku; hekk kif kull kelma tagħmel differenza kbira.

Preżenti għal dan ir-riċeviment kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo