Internazzjonali

Is-Sudan: Il-paramilitari ta’ kontra l-Gvern akkużati b’ġenoċidju u reati tal-gwerra

L-Istati Uniti akkużat lill- RSF – qawwa paramilitari – dwar azzjonijiet ta’ ġenoċidju fis-Sudan filwaqt li imponiet is-sanzjonijiet fuq il-Kap Ewlieni Mohamed Hamdan Dagalo – magħruf ukoll bħala Hemedti,

L-RSF ilu mill-2023 jiġġieled kontra l-militar tal-Gvern Sudaniż u meta diversi drabi qed jissemma b’konnessjoni ma’ reati tal-gwerra’ u vjolenza diretta fuq iċ-ċivili.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, issa, qal li s-sanzjonijiet huma ‘xierqa’ fil-konfront ta’ Mohamed Hamdan Dagalo li kellu rwol dirett fl-atroċitajiet sistematiċi kontra s-Sudaniżi waqt l-aħħar 20 xahar ta’ konflitt.

Blinken qal li l-RSF u milizji oħrajn alleati miegħu huma responsabbli anki għall-qtil tat-tfal, kif ukoll għall-vjolenza sesswali fuq in-nisa fuq bażi ta’ ‘animosità etnika’.

Il-paramilitari  Sudaniżi u l-milizji, fl-istess ħin, qed jattakkaw u joqtlu liċ-ċivili li qegħdin jaħarbu mill-konflitt u f’sitwazzjoni konfermata bħala ġenoċidju mill-Istati Uniti.