Lokali

Sentenza sospiża wara li ammetta li seraq e-scooter

Żagħżugħ ta’ 28 sena mis-Somalja ġie kkundannat sena ħabs, sospiża għal sentejn, wara li ammetta li seraq E-Scooter li jiswa madwar €200. Kinaan Abdinasir Noor, residenti Ħaż-Żebbuġ, ammetta u talab apoloġija lill-Qorti.

L-Ispettur Ian Azzopardi qal lill-Maġistrat Victor Axiak li fis-27 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, individwu kien ippreżenta rapport fl-Għassa ta’ Tas-Sliema, fejn sostna li l-iscooter tiegħu kien nieqes. L-investigazzjonijiet sussegwentement wasslu għall-imputat, li ftit jiem wara nstab bl-iscooter fil-Marsa.

Abdinasir Noor kien ċaħad li seraq l-iscooter, u sostna li fil-fatt kien xtrah mingħand individwu ieħor. Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tal-ammont iddepożitat fi proċeduri separati għall-ħelsien mill-arrest. L-iscooter għandu jingħata lura lill-vittma.

L-Avukat Alfred Abela rrappreżenta lil Abdinasir Noor.