L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħabbar li n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol żdied b’10.7 fil-mija fuq ix-xahar ta’ Novembru.
Dan ma jirrifletti xejn sabiħ fuq il-Gvern hekk kif iċ-ċifri stess jikkonfermaw li l-mudell ekonomiku li ħaddem Robert Abela fl-aħħar snin mhux iħalli effetti pożittivi għaż-żgħażagħ li jkunu qed ifittxu impjieg.
L-ammont ta’ żgħażagħ bla xogħol bejn l-etajiet ta’ 15-il sena u 24 sena f’Novembru ammonta għal total ta’ 3,297, waqt li l-ammont ta’ persuni bla xogħol bejn l-etajiet ta’ 25 u 74 sena huwa ta’ 6,528.
F’Novembru, it-total ta’ nies bla xogħol kien ta’ 9,824 u niżel b’1.2 punti perċentwali mix-xahar ta’ qabel.
Ir-rata tal-qgħad għall-irġiel kienet ta’ tlieta fil-mija u jidher li niżlet b’0.1 punti perċentwali meta mqabbla max-xahar ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, ir-rata tal-qgħad tan-nisa baqgħet stabbli bi 2.9 fil-mija.
//= $special ?>