Los Blancos għaddew għall-finali tas-Super Cup Spanjola wara li kisbu rebħa minima ta’ 3-0 kontra Mallorca, rebħa komda li tkun biżejjed għat-tim ta’ Ancellloti biex jagħmilha għat-tieni finali tas-sena, biċ-ċans li diġa jerbħu t-tieni Tazza tas-Sena wara li għelbu lil Atalanta 2-0 f’Awwissu fil-UEFA Super Cup.
Real Madrid se jaffrontaw lil Barccelona l-Ħadd fit-8pm, hekk kif Barcelona għelbu lil Athletic Bilbao 2-0, bil-gowls jaslu minn Gavi u Yamal, żewġ prodotti prominenti ta’ La Masia.
Il-midfielder Internazzjonali Ingliż Jude Bellingham sab ix-xibka fit-63 minuta għall-ewwel gowl tal-partita, wara bosta tentattivi mit-tim jiġu bblokati mid-difensuri ta’ Mallorca, Bellingham irnexxielu jixxutja bis-saħħa biex il-ballun eventwalment daħal fix-xibka.
Los Blancos stennew sat-93 minuta biex ikkonfermaw ir-rebħa hekk kif id-difensur Slovakk ta’ Mallorca Martin Valjent xeħet fix-xibka tiegħu stess meta pprova jinterċetta l-ballun, qabel Rodrygo għamel l-iskor finali 3-0 żewġ minuti wara din id-darba mis-suġġeriment ta’ Lucas Vazquez.
//= $special ?>