Futbol Sport

FA Cup: Everton jgħaddu għar-rawnd li jmiss wara li jkeċċu l-kowċ 3 siegħat qabel il-logħba

Everton irnexxielhom jagħmluha għar-raba’ rawnd tal-FA Cup meta għelbu lil tim li jinsab fid-19-il post ta’ League One bl-iskor ta’ 2-0. Everton spiċċaw jilagħbu mingħajr kowċ ufficjali tlett siegħat biss qabel il-partita hekk kif Sean Dyche tkeċċa, bid-difensur laterali u captain Seamus Coleman u l-kowċ tal-U18 Leighton Baines jieħdu f’idejhom it-tim għal din il-logħba.

L-ewwel gowl jasal minn Beto fit-42 minuta, segwit minn gowl , b’ Illman Ndiaye jikkonverti l-penalty tiegħu biex jagħmel l-iskor 2-0.

Minn naħa l-oħra Cardiff City kisbu riżultat identiku meta għelbu lil Sheffield United 1-0, bil-gowl jasal fid-19-il minuta minn Cian Ashford.

Fulham ma sabu l-ebda diffikultà biex għelbu lil Watford u jgħaddu għar-rawnd li jmiss, bl-iskor finali jkun 4-1.

Fulham skorjaw l-ewwel permezz ta’ Muniz mill-assist ta’ Adama Traore fis-26 minuta, b’Rocco Vata jirrispondi 6 minuti wara għal Watford.

Fit-tieni taqsima, Fulham skorjaw 3 gowls li waslu minn penalty ta’ Raul Jimenez fit-49 minuta, Joachim Andersen fil-65 minuta u Timothy Castagne fil-85 minuta.

Illum
Sheffield U. v Cardiff C. 0-1
Everton v Peterborough U. 2-0
Fulham v Watford 4-1