Fil-kungress tal-FIVB, li sar f’Porto fil-Portugall, il-President tal-Malta Volleyball Association, Branko Vlahovic, ġie nnominat u approvat bħala membru tal-FIVB kummissjoni għall-iżvilupp għall-erba’ snin li ġejjien.
Din mhux se tkun l-ewwel ħatra internazzjonali għal Vlahovic, hekk kif snin ta’ qabel huwa serva bħala membru tal-kummissjoni tal-CEV Beach Volleyball, kif ukoll kien wieħed mis-superviżuri tekniċi fil-CEV European Games.
Vlahovic anke serva bħala viċi president, u segretarju ġenerali tal-CEV Small Countries Zonal Association.
//= $special ?>