‘Kienet logħba tajba b’wirja eċċellenti tagħna li waslitna sabiex ksibna l-ewwel tliet punti tal-Closing Round.’Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb bl-iskor ta’ 6-1 kontra M’Xlokk. Huwa kompla hekk. ‘ Konna qed nitilfu u b’ħidma u bi pjan tajjeb irnexxilna ndawru r-riżultat favur tagħna. Iżda din hija logħba waħda mill-ħdax li rridu nilagħbu. Hemm ħafna xogħol xi jsir fejn minn għada rridu ninsew din il-logħba u naħsbu fuq il-logħba tat-Trophy u t-tieni logħba tal-league. Irridu li nkunu ffukkati peress li kull partita fiha storja differenti. Però rrid li nirringrazzja lill-players fejn huwa mertu tagħhom li qed ikunu tajbin ħafna u sostituti denji tal-players neqsin li għandna bħalissa.’
‘Kien ħaqqhom mingħajr ebda dubju’
- Vincenzo Potenza, kowċ M’Xlokk FC
‘Kienet telfa meritata għalina peress li bla dubju ta’ xejn Ħamrun Spartans kienu l-aħjar tim.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Marsaxlokk Vincenzo Potenza wara t-telfa bi skor tennistiku kontra Ħamrun. Potenza kompla: ‘ Kien ħaqqhom mingħajr ebda dubju fejn kienet evidenti l-qawwa tal-avversarji. Verament li morna minn fuq iżda aktar ma’ beda jgħaddi l-ħin aktar bdew iżidu fil-logħob. Rigward il-players neqsin, mhux l-istil tiegħi li nitkellem dwar dan peress li kulħadd ikollu l-problemi tiegħu. Issa rrid ninsew kemm jista’ jkun malajr din il-partita u naħsbu f’dik li jmiss kontra avversarju li jinsab fil-forma, Żabbar SP.’

Il-kowċ ta’ Marsaxlokk, Enzo Potenza (Ritratt: Joseph Galea)
TIM TAL-ĠIMGĦA:
Goalkeeper: Matthew Grech (Żabbar SP)
Difensuri: Dorde Jovicic (Żabbar SP), Leandor Lacunza (Birkirkara), Strahinja Jovancic (Żabbar SP), Clayton Failla (Mosta)
Midfielders: Luis Barboza Talison (Ħamrun S.), Lucas Caruana (Hibernians),
Attakkanti: Raphael Lopes (Ħamrun S.), Franklin Sasere (Floriana), Maxuell Maia (Birkirkara), Federico Falcone (Hibernians)
| KLASSIFIKA | PUNTI |
| Ħamrun Spartans | 3 |
| Floriana | 3 |
| Birkirkara | 3 |
| Hibernians | 3 |
| Mosta | 3 |
| Żabbar St. Patricks | 3 |
| Melita | 0 |
| Gżira United | 0 |
| Sliema Wanderers | 0 |
| Balzan | 0 |
| Marsaxlokk | 0 |
LOGĦOB LI JMISS
Stadium Nazzjonali
6.00pm Balzan vs Mosta
8.15pm Sliema W. Vs Naxxar L.
Is-Sibt 18 ta’ Jannar, 2025
Stadium Nazzjonali
2.00pm Melita vs Floriana
4.15pm B’Kara vs Gżira Utd.
Il-Ħadd 19 ta’ Jannar, 2025
Stadium Nazzjonali
2.00pm Hibernians vs Ħamrun S.
4.15pm M’Xlokk vs Żabbar SP
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Maxuell Samurai (Birkirkara) | 13 |
| Franklin Sasere (Floriana) | 10 |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 9 |
| Gabriel Mentz (Gżira United) | 8 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 7 |
| Andre (Melita) | 7 |
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 7 |
| Udoyen Akpan (Balzan) | 7 |
| Raphael Lopes (Ħamrun Spartans) | 7 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 6 |
| Vito Plut (Sliema Wanderers) | 6 |
| Brian Gambarte (Żabbar St. Patricks) | 6 |
| Carlo Zammit Lonardelli (Floriana) | 6 |
| CLEAN SHEETS | PARTITI |
| Floriana | 10 |
| Birkirkara | 8 |
| Sliema Wanderers | 7 |
| Hiberniana | 6 |
| Melita | 4 |
| Żabbar St.Patricks | 4 |
| Ħamrun Spartans | 3 |
| Gżira United | 3 |
| Mosta | 3 |
| Naxxar Lions | 2 |
| Balzan | 1 |
| Marsaxlokk | 1 |


