Anzjana ta’ 83 sena residenti San Ġwann, ittieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li għal xi raġuni karozza tilfet il-kontroll u b’konsegwenza spiċċat fil-ħajt tas-sejjieħ fi Triq l-Għeriexem, fir-Rabat.
Il-karozza Suzuki Alto kienet misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti San Ġwann, bl-inċident iseħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu.
Fil-post isejħu Pulizija, ambulanza u tim mediku minn Mater Dei flimkien mal-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex l-anzjana tinħareġ mill-vettura.
Is-sewwieqa ngħatat l-għajnuna fil-post fejn jidher li sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li l-anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa
//= $special ?>