Ir-rata tal-fertilitá f’Malta fl-2022 kienet ta’ 1.08%, l-inqas rata fost il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Mhux hekk biss, iżda huwa wkoll l-inqas rata li qatt tkejlet f’Malta, dan hekk kif ir-rata fl-2001 kienet taħt il-1.5%, u fl-2017 kienet taħt il-1.3%.
Dan kien konfermat waqt konferenza mill-Kumissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza fejn ġie ppreżentat ukoll studju bl-isem ‘Perceptions and Attitudes of Women and Men in Malta towards Work Life Balance: With a Specific Focus on Family Size’. li wera li kemm in-nisa kif ukoll irġiel urew xewqa għal iżjed tfal.
Madanakollu, il-problemi finanzjarji u l-valuri assoċjati man-numru tat-tfal huma fost l-iktar raġunijiet komuni għalfejn il-ġenituri qed jagħżlu li ma jkollhomx aktar tfal.
L-istudju wera wkoll li nisa li għandhom livel għola ta’ edukazzjoni u li diġa’ għandhom wild wieħed minkejja li huma f’sitwazzjoni li jista’ jkollhom wild ieħor, qalu li ma jixtiqux iżjed tfal.
Barra minn hekk, 33.9% ta’ dawk li ħadu sehem f’dan l-istudju qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom ma tħallihomx jippjanaw għall-futur u għalhekk ma jippjanawx lanqas biex ikollhom aktar tfal.
Waqt din il-konferenza Renee Laivera, il-Kummissarju tal-NCPE, spjegat ukoll li hemm sfidi kbar biex jintlaħqu r-reponsabiltajiet familjari b’67.6% tan-nisa u 58.6% tal-irġiel jgħidu li ma jlaħqux ma’ dawn ir-responsabbiltajiet. Huwa evidenti wkoll minn dan l-istudju li għad hemm żbilanċ kbir bejn in-nisa u l-irġiel fejn jidħol il-piż tat-torbija tat-tfal. Dan hekk kif 1% biss mill-irġel jieħdu l-maġġoranza tax-xogħol tat-trobija tat-tfal, u 5% biss tal-irġiel jagħmlu l-maġġoranza tax-xogħol fid-dar bħal tisjir u tindif.
Dan l-istess żbilanċ jimpatta n-numru tat-tfal li l-ġenituri jagħżlu li jkollhom, hekk kif skont dan l-istudju 46.1% tan-nisa jaqblu li l-iżbilanċ fir-responsabiltajiet tat-trobbija tat-tfal huwa fattur li jinfluwenza d-daqs tal-familja filwaqt li 46.9% qalu li l-iżbilanċ bejn in-nisa u l-irġiel u x-xogħol tad-dar ukoll iħalli impatt fuq kemm il-kopja tagħżel li jkollha tfal.
Dan l-istudju juri wkoll li l-miżuri biex jappoġġjaw il-familji, fosthom il-maternity leave, paternal leave u paternity leave fost oħrajn, huwa ta’ dissodisfazzjon għax huma qosra u mhux ta’ kumpens sodisfaċenti.
Fil-fatt hemm talba b’saħħitha għal maternity leave itwal, għal żieda fil-paternity leave u parental leave itwal. Mhux hekk biss iżda saret talba wkoll biex ikun hemm leave speċifiku għal meta tfal ikunu ma jifilħux.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll ix-Shadow Minister Graziella Attard Previ, Shadow Minister ghall-Ugwaljanza, Libertajiet civili u Drittijiet tat-Tfal, li saħqet li l-mizuri ta’ work life balance huma investiment fil-familji moderni Maltin, u ghodda importanti biex intejbu l-kwalita’ tal-hajja tal-familji taghna kif ukoll sabiex tigi indirizzata r-rata baxxa ta’ twelid. Hija fakkret fil-mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista ghal-LN 201/2022 f’Ottubru 2022, biex il-mizuri tal-paternity leave, parental leave u l-carers leave ikunu iktar generuzi u inklussivi, u spjegat kif ukoll tenniet kif Il-Partit Nazzjonalista ghadu u jibqa’ kommess li dawn il-mizuri, u ohrajn, jigu mtejba.
//= $special ?>