Lokali

Messaġġi ta’ apprezzament lejn ix-xogħol tal-Partit Nazzjonalista

Huwa evidenti li l-poplu Malti u Għawdxi qed japprezza u jifhem il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech. Dan deher biċ-ċar fost numru kbir ta’ persuni li attendew coffee morning organizzat mill-Partit Nazzjonalista l-Ħamis filgħodu, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, fejn dawk peżenti irringrazzjawh talli qed ikompli jaħdem biex il-poplu jieħu dak li ħaqqu.

F’messaġ li wasal l-Kap tal-Parti Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li hawn tant u tant persuni li qed ibatu fostna, frott id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu mill-Gvern ta’ Robert Abela, fosthom persuni li ilhom snin jistennew għall-operazzjonijiet li għandhom bżonn fl-isptarijiet tagħna.

Huwa fakkar ukoll fil-kisbiet kbar tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin, fosthom il-kisba tat-tliet sptarijiet Maltin, wara li kienu ngħataw lil Vitals u Steward b’kuntratt frawdolenti, b’kollużjoni mal-ogħla membri fil-Gvern Laburista.

Bernard Grech sostna, li l-enerġija tan-nies qed twassal f’enerġija fil-Partit Nazzjonalista, u li huwa bis-saħħa tal-poplu biss, li pajjiżna jista’ jara Gvern Nazzjonalista alternattiv u għal pajjiż aħjar.

Ritratti: Martin Agius