F’attivita li organizza l-Partit Nazzjonalista fid-Dar Centrali, kienet indirizzata l-importanza tal-ħidma tal-voluntiera fi ħdan il-Partit, iżda b’mod mill-aktar speċjali ringrazzjament għal ħidma kontinwa.
Is-Segretarju Generali Michael Piccinino sostna l-importanza li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu u biex il-ħidma ma tiqafx hawn, iżda tkompli billi issa kull wieħed u waħda minna jiġbed aktar nies lejn id-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Viċi Kap Alex Perici Calascione saħaq dwar l-importanza tax-xogħol tal-voluntiera, filwaqt li sostna li l-Partit Nazzjonalista lest għal ħidma favur il-ġustizzja, il-verità u aktar minn hekk sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu kwalità tal-ħajja li tixraqlu.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lill-attivisti u voluntiera tal-ħidma tagħhom li ssarrfet ukoll f’riżultat pożittiv ħafna fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju tal-Parlament Ewropew flimkien ukoll mal-Kunsilli Lokali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li flimkien għandna nibqgħu nistinkaw f’dak kollu li nagħmlu. Hu kompla jgħid li “l-ħidma u l-verità biss twassalna biex nimxu ‘l quddiem.”
Huwa inissta kif minkejja l-għeluq tal-inkjesta 17 Black, minkejja l-appelli biex din tiġi ippubblikata, mhux talli ma ppubblikawhiex talli l-Avukat Ġenerali qed tirrifjuta li tagħtiha lil min talab biex tinfetaħ inizjalment.
Bernard Grech temm billi sostna li l-importanza tad-determinazzjoni u fiduċja biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jaħdem u jistinka għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
