Filippin ta’ 35 sena ngħata senntenza ta’ sena ħabs, sospiża għal sentejn, wara li wieġeb ħati li ta fastidju u hedded lill-eks sieħba tiegħu. L-Ispettur Omar Zammit informa lill-Qorti li fl-Ewwel tas-Sena, mara ressqet rapport fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika.
Hija qalet li minkejja li r-relazzjoni bejnha u bejn l-akkużati kienet waslet fi tmiemha, baqgħu jgħixu taħt l-istess saqaf. Malli ħarġet mir-residenza ma’ binha, l-imputat beda ripetutament jibgħat messaġġi kemm lilha kif ukoll lil sħabha. F’okkażjoni minnhom, hedded li jippubblika ritratti espliċiti ta’ natura sesswali.
Ir-raġel, li huwa bla dar u bla xogħol, wieġeb ħati tal-akkużi. Wara li semgħet sottomissjonijiet dwar il-piena, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo tat sentenza sospiża u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma, valida għal perijodu ta’ sena.
L-Ispettur Omar Zammit mexxa l-prosekuzzjoni. L-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja irrappreżenta lill-akkużat.
//= $special ?>