Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar, ittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn karozza u mutur fil-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu seħħet ħabta, fi Triq il-Kostituzzjoni, bejn karozza tal-għamla Hyundai XL misjuqa minn raġel ta’ 46 sena mill-Marsa, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 45 minn San Pawl il-Baħar.
Fil-post isejħu tim mediku u ambulanza minn Mater Dei li ħadu s-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
//= $special ?>