Għat tieni sena konsekkuttiva SportMalta ser torganizza “Celebrating Sport in Malta” fejn fl-10 u l-11 ta’ Jannar se jiġu diskussi temi importanti li għandhom l-għan li jtejbu r-rwol tal-isport u l-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum, fostom inizjattiva kollaborattiva biex tippromwovi t-tagħlim tal-għawm u s-sigurtà fl-ilma.
Inċentiv biex in-nies jadottaw stil ta’ ħajja attiva waqt it-tranżizzjoni għall-irtirar kif ukoll ħarsien u promozzjoni tal-fitness u s-saħħa.
Fost il-mistiedna speċjali se jkun hemm António Silva, President ta’ European Aquatics; Profs Gregor Starc, Kap ta’ SLOfit u espert fil-monitoraġġ tal-fitness u s-saħħa; u Aurelien Favre, Kap Eżekuttiv tal-European Observatoire du Sport.
//= $special ?>