Sport

Il-ħames stadju tar-rally ta’ Dakar-2025 fl-Arabja Sawdija

L-Amerikan Seth Quintero rebaħ il-ħames stadju tar-rally ta’ Dakar-2025 fl-Arabja Sawdija. Quintero jinsab  sekonda vantaġġ fuq Nasser al-Attiyah tal-Qatar li kien penalizzat b’10 minuti minħabba li kellu spare wheel nieqsa fit-tmiem. Fit-tielet post, seba’ sekondi wara, temm is-sewwieq Żvediż Mattias Ektstrom.

Al Attiyah, ħames darbiet champion, kien ipproduċa dik li dehret bħala wirja mill-aqwa bid-Dacia tiegħu hekk kif ipprova jagħmel tajjeb għan-nofs siegħa li tilef il-ġurnata ta’ qabel u għall-ewwel ġie pproklamat rebbieħ tal-istadju speċjali ta’ 428km bejn Al Ula u Hail .

Henk Lategan tal-Afrika t’Isfel baqa’ fil-vantaġġ fil-klassifika ġenerali minkejja li daħal fir-raba’ post. Huwa jinsab 10min 17sec quddiem is-sewwieq tal-Għarabja Sawdija Yazeed Al Rajhi fil-klassifika ġenerali, b’Ekstrom it-tielet f’20 minuta u  54 sekonda.

Fit-tellieqa tal-muturi, l-Arġentin Luciano Benavides ibbenefika wkoll mill-penalità ta’ żewġ minuti imposta fuq il-Franċiż Adrien Van Beveren biex fl-aħħar mill-aħħar rebaħ b’47 sekonda. Fil-klassifika ġenerali proviżorja, Daniel Sanders baqa’ fl-ewwel post b’vantaġġ komdu.