Lokali

“Ejjew naħdmu ħalli l-poplu jirnexxi” – Bernard Grech

Gvern ġdid Nazzjonalista se jtejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha – u huwa għalhekk li kulħadd irid jemmen u jaħdem.

Ritratt: Catriel Farrugia

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’attivita li saret fil-Każin ta’ Ħal Tarxien fejn irringrazja lil dawk preżenti għad-dedikazzjoni tagħhom u tal-attiviżmu li għandhom hekk  kif permezz tagħhom tiżviluppa wkoll ħidma importanti fil-lokalitajiet.

Ritratt: Catriel Farrugia

Quddiem ġemgħa sabiħa li nġabret fil-każin il-Ħamis filgħaxija, Bernard Grech stqarr kemm hija xi ħaġa sabiħa li ta’ spiss ikollu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ dawn l-attivisti li lkoll għandhom missjoni speċjali.

Ritratt: Catriel Farrugia

Waqt din l-attivita Bernard Grech fakkar kemm kienet sena ta’ suċċess is-sena 2024 għall-PN, fejn fost l-oħrajn il-Partit Nazzjonalista kiseb l-aqwa riżultati li qatt kiseb fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. U anke żieda tal-maġġoranzi fil-Kunsilli Lokali.

Ritratt: Catriel Farrugia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li din is-sena hija sena kruċjali għax huwa propju f’din is-sena li qed issir ħidma kruċjali li twassal għall-elezzjoni.

Ritratt: Catriel Farrugia

Intant, għal din l-attivita attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzonalista Michael Piccinino, kif ukoll deputati u kandidati tal-PN.

Ritratt: Catriel Farrugia