Fit-tielet kwart tal-2024, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Proprjetà Residenzjali (RPPI) kien ta’ 165.22, żieda annwali ta’ 6.9 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
Dan tħabbar mill-NSO permezz ta’ stqarrija.
Fiż-żmien mistħarreġ, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Appartamenti u l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Maisonettes kienu ta’ 165.34 u 157.15, li jsarrfu fʼżidiet annwali taʼ 6.9 u 5.8 fil-mija, rispettivament.
Fit-tielet kwart tal-2024, l-RPPI rreġistra żieda taʼ 1.5 fil-mija meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2024.
//= $special ?>