Lokali

Il-UPE titlob għal aktar sigurta fl-iskejjel wara rapporti ta’ allegat theddid ta’ mewt fi skola primarja

Il-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qed titlob lill-Ministru tal-Edukazzjoni biex jieħu azzjoni immedjata biex jiżgura s-sigurtà fl-iskejjel.

Dan wara li żewġ ommijiet li isimhom huwa magħruf mal-Pulizija minħabba l-allegatti kawżi li għandhom, daħlu fl-Iskola Primarja taż-Żebbuġ, Għawdex, u allegatament heddew lil żewġ studenti u għalliema li se joqtluhom. B’dan l-inċident, aktarx li huwa kkawżat minn numru ta’ kwistjonijiet f’din l-iskola.

Dan ġie żvelat fi stqarrija li ħarġu l-UPE, li fid-dawl ta’ dan l-inċident minnufih bdew jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-istaff ta’ din l-iskola filwaqt li jiprovdu gwida u pariri legali kif jistgħu jirreaġixxu f’sitwazzjoni bħal din.

Il-UPE kkundanaw ukoll dan l-aġir minn naħa tal-ġenituri filwaqt li talbu għal aktar miżuri biex ikunu protetti kemm l-istudenti kif ukoll il-ħaddiema.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.