L-aħbar tal-lum li l-Gvern Taljan, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, approva uffiċjalment it-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija, hija riżultat tal-istrateġija u l-politika adottata minn gvernijiet Nazzjonalisti biex pajjiżna jkollu provvista tal-enerġija elettrika ta’ min joqgħod fuqha li ssostni l-ekonomija.
Dan intqal fi stqarrija minn Ryan Callus, ix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; u David Agius, ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u l-Isport; fejn spjega li filwaqt li ma jistax ma jilqax b’sodisfazzjon l-aħbar tal-approvazzjoni tal-proġett tat-tieni interconnector mal-Italja, il-Partit Nazzjonalista jfakkar ukoll li dan huwa proġett li qed isir realtà grazzi għall-fondi Ewropej li ġew minħabba li Malta llum hija membru tal-Unjoni Ewropea.
Il-PN ifakkar li l-pjan tal-Enemalta dejjem kien, minn qabel l-2013, li pajjiżna jkollu żewġ interconnectors. Li kieku Gvern Laburista zamm ma’ dan il-pjan, it-tieni interconnector kien jitlesta qabel u ma kienx ikollna bżonn nonfqu €37 miljun biex nikru l-generators biex inkabbru l-provvista tal-power station tal-Electrogas, li llum bil-provi hija monument tal-korruzzjoni, temmew jgħid Ryan Cuallus u David Agius.
//= $special ?>