Iz-zija ta’ Yorgen Fenech, li huwa akkużat b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, xehdet fil-Qorti fejn sostniet li lesta taġixxi bħala garanzija jekk in-neputi tagħha jingħata l-libertà proviżorja.
Monica Fenech qalet: “jien qed nagħmel dan għax nemmen fih u nemmen li hu mhuwa kapaċi jweġġa’ lil ħadd.” Hi spjegat li tiġi oħt missier Yorgen Fenech, u qalet ukoll li hija proprjetarja ta’ 30% f’isħma tal-Grupp Tumas.
Hija infurmat lill-Imħallef Edwina Grima li kienet lesta li taġixxi bħala garanti għal Yorgen Fenech jekk jingħata l-libertà proviżorja. Qalet ukoll li hija konxja li dan jista’ jfisser ammont konsiderevoli ta’ flus jew assi.
Yorgen Fenech, eks negozjant, qed jistenna ġuri għal allegata kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u ilu jinżamm arrestat sa mill-arrest tiegħu lejn l-aħħar tal-2019. Huwa qed iwieġeb mhux ħati ta’ akkużi kriminali.
Ix-xahar li għadda Fenech għamel talba oħra fost il-ħafna li għamel matul is-snin, għall-ħelsien mill-arrest, u sostna li jrid jinħeles għax għaddew aktar minn 30 xahar minn meta nħarġet l-att ta’ akkuża kontrih. Huwa għamel l-argument tiegħu għall-ħelsien mill-arrest waqt is-smigħ ta’ qabel il-proċess li matulu kull problema legali trid tiġi determinata bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni qabel l-istadju tal-ġuri.
Meta telgħet fuq il-pedana tax-xhieda waqt is-sottomissjonijiet għalll-pleġġ, iz-zija ta’ Fenech qalet: “Jien hawn għax nemmen fl-innoċenza tiegħu u nemmen li ma jistħoqqlux li qiegħed hawn. Jien lesta niggarantixxi kull ma huwa meħtieġ għax nemmen fih. Naf li mhu se jagħmel xejn biex jagħmilli l-ħsara.”
Meta wieġbet għall-mistoqsijiet tal-Imħallef, qatilha li jekk dan jikser xi kundizzjoni kienet hi li se tbati ix-xhud qalet li, jekk tingħata l-libertà proviżorja, in-neputi tagħha jista’ joqgħod fid-dar li tinsab faċċata tat-triq mid-dar tagħha.
Oħtha kienet tgħix hemmhekk, iżda mietet seba’ xhur ilu. Qalet li l-proprjetà kienet reġistrata taħt l-isem tal-kumpanija u mhux f’isimha personali. Imbagħad ġiet mistoqsija jekk kellhiex assi personali. Hawn l-imħallef ordnat lil kulħadd biex joħroġ mill-awla biex tisma’ t-tweġibiet tagħha għall-informazzjoni privata bil-bibien magħluqa.
Meta l-pubbliku tħalla jerġa’ jidħol fl-awla tal-Qorti, l-Imħallef tat sentenza li fiha ordnat provi fotografiċi, inklużi pjanti, tar-residenza fejn se jgħix jekk jingħata l-libertà proviżorja. Hija talbet ukoll kopja tar-rendikont bankarju ta’ Monica Fenech, u ddifferiet aktar sottomissjonijiet fuq pleġġ għas-seduta li jmiss.
Waqt is-seduta li jmiss l-Imħallef se tkun qed tindirizza wkoll talba mid-difiża biex jiġu inklużi aktar xiehda biex jieħdu l-pożizzjoni waqt il-ġuri. Semgħet ukoll ix-xhieda li ta l-Ispettur Elton Buckingham, li spjega li kien qed jittratta rapporti ta’ kwalunkwe ksur tal-projbizzjoni tal-Qorti dwar kwalunkwe kummenti u diskussjonijiet pubbliċi dwar il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u ta’ Yorgen Fenech.
Dan għaliex rapporti fattwali tal-Qorti huma eżenti mill-projbizzjoni. Qal li kien irċieva żewġ rapporti. Wieħed kien jikkonċerna artiklu tal-24 ta’ Settembru mill-Malta Today li rrapporta l-każ tal-Oorti Kostituzzjonali mibdi mill-blogger Manuel Delia li qed jikkontesta l-projbizzjoni tal-Qorti.
Il-pulizij qal li kien qed jistenna direzzjoni mis-superjuri tiegħu, li kienu jinkludu lis-Supretendent Anne Marie Xuereb. Rapport ieħor kien dwar podcasts li kienu saru fl-Istati Uniti. Il-Pulizija kkuntattjaw lill-awtoritajiet Amerikani u kienu qed jistennew feedback.
Hekk kif id-difiża u l-prosekuzzjoni ddibattew dwar fejn għandha tinġibed il-linja, l-imħallef qalet: “Il-Qorti għamlet din l-ordni biex tiżgura ġustizzja u ma tagħtix vantaġġ lil naħa l-oħra. Jekk dik l-ordni tinkiser, ma jkunx hemm ġustizzja. Jekk dan ikompli, allura s-seduti kollha tal-Qorti jridu jkunu bil-bibien magħluqa.
“Il-pubbliku jixraqlu jkun jaf x’qed jiġri hawn, iżda l-akkużat ukoll jixraqlu li jkollu smigħ ġust u lkoll nafu x’ġara fil-passat meta akkużat sostna li ma ngħatax smigħ xieraq.” Is-Supretendent Anne Marie Xuereb se tixhed fis-seduta li jmiss skedata għall-15 ta’ Jannar.
L-avukati tal-AĠ Anthony Vella, Godwin Cini u Danika Vella mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Gianluca Caruana Curran, Charles Mercieca u Marion Camilleri huma l-avukati ta’ Yorgen Fenech. L-avukati Andrew Borg Cardona u Jason Azzopardi dehru bħala parte civile.