Lokali

L-ebda apoloġija jew kundanna mill-Ministru Miriam Dalli

L-ebda apoloġija u l-ebda kundanna min-naħa tal-Partit Laburista fid-dawl tal-fatt li issa l-Inkjesta 17 Black hija konkluża. U fil-jiem li ġejjien mistennija jibdew proċeduri kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri fost oħrajn.

Din id-darba kien imiss lill-Ministru Miriam Dalli li bħall-kumplament tal-Partit Laburista baqgħet tiddistakka ruħħa minn dawn l-individwi; minkejja li sa ftit tas-snin ilu hi stess kienet taħdem viċin ħafna tal-istess Konrad Mizzi.

Tant li hi wkoll ħaslet idha minn kull involviment, u qalet li se tħalli l-ġustizzja tagħmel xogħolha.

Dan filwaqt li fl-ebda ħin ma ammettiet li l-ħatra ta’ Mizzi bħala ministru kienet żball min-naħa tal-Partit Laburista.

Il-Ministru Miriam Dalli kienet qed twieġeb dawn il-mistoqsjiet wara konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbru d-dettalji dwar it-tieni interconnector li għandu jsir fis-snin li ġejjin. Biex b’hekk ikun ta’ sostenn għall-ewwel interconnector li kien proġett ta’ Gvern Nazzjonalista.

Bit-tieni interconnector se jkun qed jibqa’ jiffunzjona wara iktar minn 10 snin… dan għax il-prijorità ta’ dan il-Gvern kienet l-Electrogas. Pjan li wassal biex rajna qtugħ fil-provista tal-elettriku għal żewġ sjuf konsekuttivi.

Bil-Ministru Dalli tibqa’ tiddefendi d-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Laburista li ma kinux fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.