Sport

Luxol St Andrew’s jibdew id-difiża tal-Laferla Futsal Trophy kontra Ħamrun Futsal

Ritratti: Nicholas Falzon

Il-holders tal-Futsal Knock-Out, Luxol St Andrew’s, se jibdew id-difiża tat-titlu kontra Ħamrun Futsal. Dan hekk kif telgħu l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni li matul dan l-istaġun se tkun sponsorjata minn Laferla Insurance.

F’aktar logħbiet mill-kwarti tal-finali, il-finalisti tal-istaġun li għadda University of Malta se jilagħbu kontra GZR Birżebbuġia filwaqt li fi dwell ferm interessanti, Swieqi United Futsal LEC 07 jaffaċċjaw lil Ta’ Xbiex. Finalment Marsaskala Legends telgħu biex jilagħbu kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena. Il-logħbiet se jintlagħbu fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar.

Sadanittant telgħu wkoll il-poloz tal-Enemed Women’s Trophy fejn il-holders Swieqi United Futsal LEC07 se jaffrontaw lil Lija Athletic fl-iktar konfront interessanti. Mill-banda l-oħra, Parr Mela Pebbles Futsal għandhom impenn kontra Santa Margherita Futsal, filwaqt li Zero Sei Futsal jilagħbu kontra Iklin Futsal. Sadanittant Mtarfa Futsal għaddew għas-semifinali peress li kienu bye.

Dawn il-logħbiet jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla bejn l-14 u l-15 ta’ Jannar, fil-Padiljuntta’ De La Salle u l-Mediterranean College of Sports f’Birkirkara.