Lokali

Mijiet isellmu lil Alejandro Brincat fil-Bażilika ta’ San Pawl

"Alejandro kien żagħżugħ b'qalb tad-deheb"

Knisja mimlija sa barra z-zuntier. Mijiet kienu dawk li marru jsellmu lil Alejandro Brincat għall-aħħar darba fil-Bażilika ta’ San Pawl matul iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu li saret il-Ġimgħa waranofsinhar.

Fl-omelija li saret waqt din iċ-ċerimonja funebri, Dun Renè Vella ddeskriva lil Alejandro bħala żagħżugħ b’qalb tad-deheb li kien iddedika ħajtu għal uliedu, għall-familja u għall-ħbieb tiegħu.

“Meqjus fi kliemu. Sarrafulu fil-ħajja ta’ dejjem. Il-fatt li kellu talent kbir fil-qasam tal-futbol. Sarrafulu Mulej fil-ħajja ta’ dejjem. Dawn mhumiex kollha prattiċi bis-sbuħija ta’ Alla. Tiegħek Mulej. Sarrafhomlu fil-ħajja ta’ dejjem.”

Dun Renè Vella spjega kif Alejandro kien magħruf bħala dak iż-żagħżugħ li dejjem jara kif jagħmel biex iferraħ lil dawk ta’ madwaru. U ma’ dan issemma’ wkoll kif kien jaf iħobb bla qies, b’mod speċjali liż-żewġ uliedu żgħar.

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena miet traġikament wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat f’siġra; bil-konsegwenza li l-karozza waqfet mal-ħadid fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.

Alejandro kien missier ta’ żewġt itfal u kien ukoll plejer tal-futbol. Huwa kien beda dan l-istaġun bħala plejer ta’ Msida St. Joseph Club u wara ġie trasferit ma’ Vittoriosa Stars. Fil-fatt, bosta kienu dawk il-clubs illi kienu preżenti għall-funeral tiegħu fir-Rabat. B’uħud minn sħabu jġorru wkoll kuruni ta’ fjuri.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo