Fit-tielet rawnd tal-FA Cup, Liverpool ma sabu l-ebda diffiklutà biex għelbu lil Accrington Stanley minn League 2 fit-tielet rawnd tal-FA Cup bl-iskor finali jkun 4-0.
Diogo Jota fetaħ l-iskor wara nofsiegħa mis-suġġeriment ta’ Darwin Nunez, segwit minn gowl mill-isbaħ tad-difensur laterali Trent Alexander-Arnold fil-45 minuta.
Iż-żagħżugħ Jayden Danns skorja gowl ieħor fis-76 minuta, b’Federico Chiesa jagħmel l-iskor finali 4-0, bit-Taljan jiskorja l-ewwel gowl tiegħu mar-Reds.
Manchester City bi skor simili hekk kif għelbu lil Salford City 8-0.
Il-gowls fl-ewwel taqsima jaslu minn Doku, Mubama u O’Reilly. Fit-tieni taqsima, Doku għaqqad id-dopjetta tiegħu, filwaqt li Grealish sab ix-xibka minn penalty, biż-żagħżugħ James McAtee jsib ix-xibka tlett darbiet għall-ewwel hat-trick tiegħu mas-Citizens.
Chelsea ukoll sabuha faċli biex għelbu lil Morecambe bl-iskor finali ta’ 5-0. Nkunku falla l-ewwel ċans ta’ gowl hekk kif ma sabx ix-xibka minn penalty, madankollu Tosin Adarabioyo skorja fl-40 minuta. Fit-tieni taqsima Nkunku, Adarbioyo għal darb’oħra u Joao Felix għal darbtejn skorjaw il-gowls
It-tim mill-Premier League Brenftod tilfu kontra Plymout Argyle, li jinsab fl-aħħar post fiċ-Championship bl-iskor ta’ 1-0.
Morgan Whittaker skorja fit-82 minuta
Illum:
Birmingham City 2-1 Lincoln City
Bristol City 1-2 Wolves
Middlesbrough 0-1 Blackburn Rovers
Liverpool 4-0 Accrington Stanley
Leicetser City 6-2 QPR
Bournmouth 5-1 West Bromwich Albion
Brentford 0-1 Plymouth Argyle
Chelsea 5-0 Morecambe
Exeter City 3-1 Oxford United
Norwich City 0-4 Brighton
Nottingham Forest 2-0 Luton Town
Reading 1-3 Burnley
Sunderland 1-2 Stoke City
Leeds United 1-0 Harrogate Town
Mancheter City 8-0 Salford City
Coventry 1(4)-1(3) Sheffield Wednesday
//= $special ?>