Futbol Sport

Ħamrun u Sliema b’rebħiet kbar fir-rawnd tal-aħħar 32, Birkirkara jegħlbu lil Balzan

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-ġurnata tas-Sibt kienet milmlija logħob mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-Meridianbet FA Trophy, bit-timijiet tal-Premier ikollhom ġurnata tajba apparti Melita, Balzan u Marsaxlokk li tilfu kontra timijiet oħra mill-Premier, fil-forma ta’ Naxxar Lions, Birkirkara u Mosta  rispettivament.

Sliema Wanderers ma sabuha xejn diffiċli biex għelbu lil Għajnsielem minn Għawdex, hekk kif il-Wanderers sabu x-xibka 8 darbiet u ma kkonċedew l-ebda gowl, b’7 minn dawk il-gowls jaslu fl-ewwel taqsima. Il-gowls ta’ Sliema waslu minn Mohamed Awad, Adam Magri Overend, Geoffrey Edwin Achemapong, Vito Plut, Steven Pisani, Russell Borg u Simon Zibo li sab ix-xibka darbtejn. Sliema jibdew bl-aħjar mod biex jiddefendu t-Tazza li rebħu l-istaġun li għadda.

Sitwazzjoni simili anke bejn Ħamrun Spartans u Swieqi, bl-Ispartans jegħlbu lil Swieqi United miċ-Challenge League 5-0. Tliason Luiz Barboza fetaħ l-iskor fil-31 minuta, bil-gowl tal-Brażiljan ikun l-unika wieħed skorjat fl-ewwel taqsima.

Raphael Lopes Silva sab ix-xibka darbtejn fit-tieni taqsima, filwaqt li Abdoul Kairou Amoustapha u Joseph Mbong komplew iżidu l-iskor.

Kairou skorja fl-ewwel partita tiegħu ma’ Ħamrun Spartans (Ritratt: Joseph Galea)

Mosta kisbu rebħa stupenda fuq Marsaxlokk biex għaddew mal-aħħar sittax wara li għelbu lil Marsaxlokk 3-0, li wara li tilfu l-partita kontra Ħamrun Spartans 6-1, jidher li mhux se jkollom tieni parti tal-istaġun daqstant pożittiv.

Dopjetta ta’ Clayton Failla u gowl ieħor ta’ Giancarlo Gonvaives jagħtu r-rebħa lill-Mostin.

Mosta għelbu lil Marsaxlokk 3-0 (Ritratt: Catriel Farrugia)

Naxxar Lions wettqu rimonta straordinarja hekk kif dawru żvantaġġ biex għelbu lil Melita fil-ħin barrani, bl-iskor finali jkun 4-2.

Matthew Debattista fetaħ l-iskor wara 9 minuti għall-Lions, b’Ryan Gilmour Cassar jikkonverti l-penalty fit-53 minuta u jagħmel l-iskor indaqs. Matthew Debattista jerġgħa jiskorja fl-64 minuta, b’Tara Ndao jagħmel l-iskor indaqs għaxar minuti wara. Malcon De Souza Da Silva jsib ix-xibka fid-99 minuta, segwit minn Takuma Yamaguchi fil-108 minuta.

Ryan Gilmour Cassar ikkonverta l-penalty tiegħu kontra Melita (Ritratt: Joseph Galea)

Birkirkara għelbu lil Balzan 2-1. Gowls tal-istripes waslu minn Agustin Sandona u Alexander Satariano, b’ Jan Busuttil jiskorja għal Balzan.

Mosta kisbu rebħa stupenda fuq Pietà Hotspur ta’ 5-1.  Marsa skorjaw permezz ta’ Renan Sgaria Farias, Jake Engerer, Joao Victor De Oliviera Florencio darbtejn , u Lydon Micallef.

Illum:

Pieta’ Hotspur 1-5 Marsa

Birkirkara 2-1 Balzan

Naxxar Lions 4-2 Melita

Sliema Wanderers 8-0 Għajnsielem

Mosta 0-3 Marsaxlokk

Ħamrun Spartans 5-0 Swieqi United

Riżultati ta’ qabel:

Zurrieq 1-0 Mellieħa

Xagħra United 1-5 Victoria Hotspur

Sirens 0-2 Qrendi