Wara l-pawża għall-festi tal-Milied, mit-13 ta’ Jannar se jerġgħu jibdew is-Seduti Parlamentari, flimkien ukoll mal-laqgħat tal-Kumitati Parlamentari.
Għal dan il-għan, kemm bi tħejjija kif ukoll bħala prassi wara l-vaganzi, id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tal-Kap Bernard Grech qattgħu jum ta’ ‘team building’ fost laqgħat u anke diskussjonijiet fil-Mellieħa.
Net News tkellem mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn sostna li l-Grupp Parlamentari jinsab iffukat kemm fuq il-ħidma parlamentari kif ukoll dik politika favur il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Net News tkellem ukoll mal-Whip Parlamentari tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar fejn insista li fil-Parlament id-Deputati Nazzjonalisti se jkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħhom b’impenn qawwi bħal ma jseħħ dejjem, għaliex dan huwa obbligu lejn il-poplu Malti u Għawdxi.
Huwa insista li l-Oppożizzjoni taħt it-tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se tkompli żżomm lill-Gvern Laburista taħt skrutinju u bħala grupp parlamentari wieħed se jkomplu jaħdmu sabiex verament ikunu l-vuċi tal-poplu.
//= $special ?>